Id-Direttorat tal-Operat twaqqaf fil-15 ta’ Jannar 2019 wara li d-Direttorat tas-Simplifikazzjoni tal-Burokrazija gie ddisinjat mill-ġdid għal Direttorat tal-Operat (Ċart tal-Organizzazzjoni​). 

Id-Direttorat għandu rwol kruċjali fl-istrateġija operattiva u ta’ komunikazzjoni għall-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.  Parti ewlenija ta’ dan ir-rwol hija r-responsabbiltà għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-koordinazzjoni tal-organizzazzjoni u t-twassil effettiv ta’ servizz ta’ customer care fil-komunità.

Barra minn hekk, dan id-Direttorat se jibqa’ bħala l-punt fokali u l-katalist għas-simplifikazzjoni tal-burokrazija, fejn imexxi u jikkoordina inizjattivi ta’ bidla fil-ministeru u entitajiet relatati biex jissimplifika l-proċeduri u l-prattiċi tax-xogħol, l-aktar f’dawk l-oqsma tas-servizz li għandhom x’jaqsmu direttament maċ-ċittadini.​​ 

Ir-Responsabbiltajiet Ewlenin tad-Direttur (Operat)
  1. Imexxi, jikkontrolla u jidderieġi l-istaff taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu u jipprovdi tmexxija u direzzjoni, inkluż superviżjoni, evalwazzjoni tal-prestazzjoni, dixxiplina u delegazzjoni tal-awtorità.
  2. Ifassal, jikkoordina u jissorvelja pjanijiet, strateġiji u programmi operazzjonali ta’ proċessi u servizzi ta sostenn biex iżid is-sodisfazzjon tal-klijent.
  3. Jiżviluppa u jimmaniġġja strateġikament inizjattivi ta’ outreach immirati biex jagħmlu aktar konxji ċ-ċittadini vulnerabbli u dawk b’livell baxx ta’ edukazzjoni u biex jiffaċilita t-twassil ta dawn id-drittijiet u benefiċċji fil-ħin.
  4. Jistabbilixxi u jieħu ħsieb bażi ta’ data u informazzjoni effettiva biex tiżgura rispons xieraq u f’waqtu għal talbiet ta’ informazzjoni mill-pubbliku u fornituri ta servizzi ta’ kura u aġenziji.
  5. Jamministra stħarriġ onlajn biex jeżamina l-attitudnijiet, l-aspettattivi, il-ħtiġijiet, u jkejjel il-livelli ta sodisfazzjon tal-klijent ħalli jtejjeb aktar is-servizzi u għalhekk jirrakkomanda bidliet u inizjattivi.
  6. Jippjana, jimplimenta u jissorvelja l-pjan ta simplifikazzjoni annwali tal-Ministeru u l-entitajiet relatati biex jimmassimizza l-effiċjenza tas-sistemi u l-proċessi operattivi.
  7. Jevalwa regolarment il-proċeduri u l-proċessi skont l-għanijiet organizzattivi, u fejn meħtieġ jirrakkomanda soluzzjonijiet għal titjib, u jistabbilixxi miri għal effiċjenza akbar.
  8. Ifassal strateġiji ta bidla u jistabbilixxi miri ta prestazzjoni ċari biex itejjeb is-servizz operattiv. F’kollaborazzjoni mac-Chief Information Officer tal-Ministeru, jesplora teknoloġiji innovattivi biex jidentifika opportunitajiet ta żvilupp ta’ prodotti ġodda ħalli jtejjeb is-servizz lill-klijent.
  9. Jibni u jżomm relazzjonijiet mal-kapijiet tad-dipartiment, l-imsieħba esterni u l-front liners biex jieħu deċiżjonijiet rigward l-attività operazzjonali u l-għanijiet strateġiċi.
  10. Jissorvelja t-tim tal-manutenzjoni u jippjana u jikkoordina l-programm ta’ xogħlijiet tagħhom sabiex jieħu ħsieb, jirranġa u jsewwi l-bini tal-ministeru u proprjetajiet oħra.
  11. Jistabbilixxi u jimplimenta proċessi u proċeduri xierqa ta’ management tal-propjetà (inklużi s-sigurtà u Health & Safety) fil-bini użat, jew fil-kustodja tal-Ministeru​.