Scroll to top

Dikjarazzjoni tal-Viżjoni

“Biex nippromwovu u nsostnu s-sigurtà soċjali permezz tal-għotja ta’ benefiċċji finanzjarji u servizzi soċjali lil individwi u familji li jkun jistħoqqilhom”

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

“Biex niżguraw kwalità ta’ ħajja aħjar għas-soċjetà tagħna, partikolarment għall-familji u t-tfal, permezz ta’ kopertura estensiva ta’ protezzjoni soċjali u firxa ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali ta’ kwalità”

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (Portafoll) huwa fdat bl-akbar allokazzjoni finanzjarja tal-pajjiż, illi tlaħħaq iż-żewġ biljun ewro. Ir-rwol ta’ dan il-Ministeru Soċjali huwa dak li jamministra l-fondi pubbliċi u l-benefiċċji soċjali kollha tal-pajjiż, mit-twelid ta’ tarbija sa’ tul il-ħajja kollha. Aktar minn hekk jevalwa u jaġixxi sabiex jindirizza r-realtajiet soċjali tal-mument

Matul l-aħħar snin, dan il-Ministeru dejjem saħħaħ u issokta jintroduċi numru ġodda ta’ benefiċċji soċjali, li l-għan ewlieni tagħhom idur mal-kunċett tal-ġustizzja soċjali. Sistema fejn tara illi ssaħħaħ lil dawk l-iktar vulnerabbli filwaqt illi tippremja lil dawk l-aktar bieżla.

Fil-fatt dejjem ingħataw żidiet finazjarji lill-pensjonanti, lil persuni b’diżabilita’ u dawk illi verament ma’ jistgħux jaħdmu. Fl-istess waqt dan il-Ministeru saħħaħ il-kunċett ta’ ‘Making Work Pay’, permezz ta’ numru ta’ miżuri soċjali, ewlenija fosthom l-‘In Work Benefit’, it-‘Tapering of Benefits’ u ċ-‘Childcare’ b’xejn. Miżuri li lkoll jinċentivaw sabiex aktar nies jaħdmu u jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, filwaqt illi jżommu ‘l bogħod mid-dipendenza soċjali.

Il-Ministeru kompla jsaħħaħ l-investiment intern marbut ma’  sistemi teknoloġiċi b’saħħithom illi jlaħħqu mad-domanda t’eluf ta’ pagamenti ta’ kull xahar lill-benefiċċjarji. Aktar minn hekk dawn is-sistemi awtomatikament jiddentifikaw persuni eleġġibli għal ċertu benefiċċji.

Quddiem dawn il-kisbiet kollha, l-Ministeru Soċjali jibqa’ impenjat illi mhux biss jindirizza sfidi soċjali tal-preżent iżda jippjana wkoll il-viżjoni soċjali tal-futur. Għalhekk ġiet imnedija din il-viżjoni sas-sena 2035, bil-għan li tingħata direzzjoni strateġija ppjanata sabiex tindirizza numru ta’ setturi soċjali differenti. Dawn jinkludu l-poverta u l-esklużjoni soċjali, il-familji, it-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjanita’, il-vizzji, ir-ri-integrazzjoni ta’ persuni misjuba ħatja ta’ kriminalita’, persuni b’diżabilita’, vjolenza u immigrazzjoni.

Dan il-Ministeru jibqa’ attiv sabiex jgħin kull sitwazzjoni possibbli għaliex verament nemmnu f’ġustizzja u mobilita’ soċjali, sabiex verament ngħixu f’soċjeta’ inklussiva u li jimpurta minn kulħadd.

familja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.