L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti huwa responsabbli, ġeneralment, għall-koordinazzjoni ġenerali tal-attivitajiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru, aġenziji u entitajiet li flimkien jeżegwixxu l-funzjonijiet u jikkontribwixxu għat-twettiq effettiv tal-għanijiet tal-Ministeru u tal-Gvern. Għaldaqstant, is-Segretarju Permanenti huwa l-uffiċjal responsabbli, bir-responsabbiltà għall-operat ta’ kuljum tal-Ministeru fit-twettiq tal-mandat tiegħu. L-istruttura organizzattiva tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, hija illustrata grafikament miċ-Ċart tal-Organizzazzjoni. L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, għandu l-għan li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Segretarji Permanenti
SurAlfred CostaLulju 1992 – Lulju 1995
SurMaurice Zarb AdamiFrar 1996 – Marzu 1997
SurCarmel DegabrieleApril 1997 – Jannar 1998
SurJoseph F X SciclunaFrar 1998 – April 2000
SurJoseph EbejerApril 2000 – Frar 2009
SurFrancis BorgFrar 2009 – Frar 2010
DrChristopher BezzinaFrar 2010 – Ġunju 2010
SurPaul ZahraĠunju 2010 – Jannar 2011
DrJames CallejaJannar 2011 – Jannar 2012
SurFrancis BorgFrar 2012 – Marzu 2013
SurMark MusuMarzu 2013 –
 
Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm

Id-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm huwa direttament responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea, kemm fil-livell domestiku kif ukoll ma’ partijiet interessati oħra tal-Unjoni Ewropea u għall-koordinazzjoni tal-formulazzjoni tal-pożizzjoni tal-Ministeru dwar il-politiki proposti mill-Unjoni Ewropea. Huwa għandu wkoll il-kompitu li jassisti fit-tfassil ta’ politiki dwar kwistjonijiet relatati mal-Affarijiet Soċjali; U li jikkoordina u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li jappartjenu lill-Ministeru.

 
Direttorat għas-Servizzi Korporattivi

Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi huwa responsabbli għall-provista u t-titijib tas-servizzi ta’ appoġġ fi ħdan il-Ministeru, l-aktar għall-oqsma tal-Immaniġġjar tal-Persuni u xiri u provisti. Għaldaqstant, id-direttorat joffri appoġġ u pariri lid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru dwar kwistjonijiet relatati mal-Immaniġġjar tar-riżorsi umani, akkwist pubbliku u amministrazzjoni tal-uffiċċju.

 
Direttorat tal-Operat

Id-Direttorat tal-Operat huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-koordinazzjoni tal-organizzazzjoni u li jingħata servizz effettiv lill-konsumatur fil-komunità. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll għall-Ippjanar u l-koordinazzjoni tal-inizjattivi fi ħdan il-Ministeru u entitajiet relatati biex jissimplifikaw il-proċeduri u l-prattiki tax-xogħol. L-Amministrazzjoni tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, li huwa l-hub tekniku tal-one-stop shop, jaqa’ wkoll taħt ir-responsabbiltà ta’ dan id-Direttorat.

 
Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat

Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat tinkludi r-riċerka, l-iżvilupp tal-politika u l-implimentazzjoni tal-programm kif ukoll id-dimensjoni operattiva fi ħdan il-Ministeru. Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat tinkludi l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm, id-Direttorat tal-Operat, u d-Direttorat tar-Riċerka u Evalwazzjoni. Agħfas hawn biex tidħol fil-Politika dwar il-Protezzjoni u ż-Żamma tad-Data.

 
L-Unità għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni

L-Unità għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni għandha r-rwol primarju sabiex tiżgura l-allinjament tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mal-prijoritajiet u l-objettivi strateġiċi tal-Ministeru. F’dan ir-rigward, l-Unità għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tipprovdi appoġġ u pariri lid-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru biex titjieb il-produttività permezz tal-użu innovattiv tat-teknoloġija.

familja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.