Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat (RPOD), MSPC, għandha l-għan li tkun konformi mal-prinċipji kif definiti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat tinkludi l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm, id-Direttorat tal-Operat, u d-Direttorat tar-Riċerka u Evalwazzjoni.
L-Għanijiet għall-ġbir tad-data
Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat tiġbor u tipproċessa informazzjoni sabiex tkun tista’ tonora l-obbligi tagħha skond il-leġiżlazzjoni preżenti. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skond kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, u tipi oħra ta’ leġiżlazzjoni jew dokumenti formali li jirregolaw l-istess Uffiċċju.
Riċevituri tad-data
Informazzjoni personali tista’ tiġi aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tad-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat. Id-data personali tingħata lil uffiċjali awtorizzati li jkollhom bżonnha biex jitwettaq xogħol speċifiku, skond il-liġijiet dwar il-Protezzjoni tad-Data. Id-data personali tista’ tingħata anke lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.
Id-Drittijiet Tiegħek
Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni d-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat, qed iżżomm u tipproċessa dwarek, u r-raġuni għala qed tinżamm, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed tagħmel id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat, biex tkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Ir-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxu proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali dwaru li tinżamm fi ħdan id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lid-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, inkluż in-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.
Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat għandha l-għan li tipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli, u li tiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ tara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta taslilha t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, id-Divizjoni għandha tibgħat ir-raġuni ghala bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data jiġi infurmat jekk ikun hemm każ ta’ ksur ta’ kwalunkwe data personali tiegħu.
Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li jinstab mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra. Talbiet bħal dawn għandhom isiru bil-miktub lill-Kontrollur tad-Data fi ħdan id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat.
Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skond il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru iktar l-isfel.
Politika dwar iż-Żamma tad-Data
Id-data personali tiegħek tinġabar permezz tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra sottostanti l-operazzjonijiet tad-Diviżjoni
L-iskeda li ġejja tiddeskrivi r-rekwiżiti taż-żamma għad-diversi kategoriji ta’ dokumentazzjoni fi ħdan id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat:
Kategorija | Perjodu ta’ Żamma | Ġustifikazzjoni |
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali |
Kopji ta’ dokumentazzjoni relatata mal-HR (bħal Folji ta’ Attendenza, Applikazzjonijiet għal: Telework, Flexitime, Leave tal-Maternità, Leave għall-Istudju u leave speċjali ieħor) | Skond il-Proċeduri Korporattivi tal-HR | Jekk jogħġbok irreferi għall-Proċeduri Korporattivi HR |
Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm |
Kopji ta’ dokumentazzjoni relatata mal-HR (bħal Folji ta’ Attendenza, Applikazzjonijiet għal: Telework, Flexitime, Leave tal-Maternità, Leave għall-Istudju u leave speċjali ieħor) | Skond il-Proċeduri Korporattivi tal-HR | Jekk jogħġbok irreferi għall-Proċeduri Korporattivi HR |
Dokumentazzjoni relatata ma’ programmi u proġetti li jutiliżżaw Fondi tal-UE, inklużi listi ta’ benefiċjarji u dettalji tal-klijenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħlas. | 5 snin wara l-għeluq tal-proġett | Kopji meħtieġa għal skopijiet ta’ verifika |
Kopji ta’ formoli ta’ rekwiżizzjoni għal provvisti | Sena | Kopji approvati miżmuma għal skopijiet ta’ verifika |
Direttorat tal-Operat |
Ma tinżamm l-ebda data personali |
Direttorat tar-Riċerka u Evalwazzjoni |
Ma tinżamm l-ebda data personali |
Id-Data li trid tinqered wara l-iskedi ta’ żmien kif mitlub, se tintrema b’mod effiċjenti biex jiġi żgurat li tali informazzjoni ma tibqax disponibbli fid-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għal RPOD, MSPC jista’ jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl [email protected] jew permezz tat-telefon 2590 3220.
Il-Kontrollur tad-Data għal RPOD, MSPC jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:
Palazzo Ferreria
310, Triq ir-Repubblika
Il-Belt Valletta VLT 1110
Nru tat-Tel: 25903220
Imejl: [email protected]
Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:
2 Livell, Airways House,
Triq il-Kbira,
Tas-Sliema, SLM 1549
Nru tat-Tel: 23287100
Imejl: [email protected]