Scroll to top

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar ilProtezzjoni u l-Privatezza tad-Data (KAP.586.) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. L-Uffiċċju tasSegretarju Permanenti, MSPC , għandu l-għan li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti filleġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

L-Għanijiet għall-ġbir tad-data

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC , jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skont kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u tipi oħrajn ta’ leġislazzjoni jew dokumenti formali li jirregolaw l-istess Uffiċċju.

Riċevituri tad-data

L-informazzjoni personali hija aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC . Id-data personali se tingħata lil uffiċjali f’livell maniġerjali superjuri u persuni awtorizzati. Id-data personali tista’ tingħata anke lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet Tiegħek

Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC , qed iżomm u jipproċessa dwarek, ir-raġuni għala qed iżomm linformazzjoni, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed jagħmel l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC , biex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxi proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali li dan l-Uffiċċju tasSegretarju Permanenti, MSPC , iżomm dwaru, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni għandhom isiru bilmiktub u jintbagħtu lis-Segretarju Permanenti, MSPC . Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, bħan-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC , għandu l-għan li jipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u li jiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ jara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it-talba għand l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, ir-raġuni l-għala, għandha tintbagħat bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data se jiġi infurmat f’każ ta’ ksur tad-data personali tiegħu.

Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra.

Jekk applikabbli, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni u lPrivatezza tad-Data.

F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru hawn taħt.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl [email protected] jew permezz tat-telefon 2590 3259/3218.

Il-kontrollur tad-Data għal Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSPC jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

Palazzo Ferreria 310, Triq ir-Repubblika Il-Belt Valletta VLT 1110 Nru tat-Tel:  2590 3259/3218 Imejl:  [email protected]

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

2 Livell, Airways House, Triq il-Kbira, Tas-Sliema, SLM 1549 Nru tat-Tel: 23287100 Imejl:  [email protected]

familja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.