Riżorsa fundamentali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal hija l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni. L-attenzjoni primarja hija t-titjib fil-mod ta’ kif il-Ministeru juża t-teknoloġija bħala bażi soda u effettiva sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-mod tajjeb ta’ kif wieħed iħaddem it-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni u jinvesti b’mod xieraq f’dan il-qasam, jipprovdi l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal bl-opportunità li jittrasforma l-mod ta’ kif isiru l-proċeduri u prattiċi ta’ xogħol. Waqt li wieħed iżomm dan f’rasu, l-għan primarju għall-Unità tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni huwa li jagħti direzzjoni strateġika u l-iImmaniġġjar tal-Informazzjoni sabiex tiġi aċċertata li d-dejta tiġi trasformata f’informazzjoni bħala riżorsa strateġika.

Is-soċjetà ilha tingħata servizzi soċjali u protezzjoni finanzjarja biex tassigura benessri bażiku għal aktar minn 60 sena. Il-politika soċjali tal-Gvern qed tindirizza l-aspettattivi tan-nies kemm f’termini ta’ servizzi offruti kif ukoll fil-mod kif dawn is-servizzi jsiru disponibbli. Meta tuża t-teknoloġija, is-servizzi jkunu eqreb lejn il-klijenti tagħna, aċċessibbli permezz ta’ apparat mobbli. Illum, il-klijenti jistgħu japplikaw għas-servizzi online, jaċċessaw is-servizzi personalizzati u jimmonitorjaw il-progress tal-applikazzjonijiet. Iktar kontroll jingħata lill-klijenti permezz tal-kalkulaturi tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

L-impenn tal-Ministeru għal benessri bażiku sigur jibqa’ validu. Illum, hemm opportunità li tintuża t-teknoloġija għal għanijiet aktar diffiċli fosthom deċiżjonijiet imtejba ta’ teħid ta’ politika u twassil personalizzat ta’ servizzi. Billi s-servizzi soċjali huma direttament marbuta ma’ funzjonijiet oħra fl-Amministrazzjoni Pubblika; (il-finanzjament huwa marbut direttament mat-tassazzjoni u l-benefiċċji huma spiss marbuta ma’ servizzi oħra bħas-saħħa, impjiegi u l-familja), l-immaniġġjar ta’ informazzjoni jsir kruċjali u prijorità ewlenija fil-pjanijiet strateġiċi.

Il-modernizzazzjoni ta’ sistemi maġġuri għandha fost objettivi oħra, li tikseb koordinazzjoni akbar ma’ Ministeri oħra u aċċess għal dejta li tippermetti lill-maniġment jieħu deċiżjonijiet infurmati sew dwar politiki u programmi. Il-Ministeru għandu jikkontribwixxi għall-għan ta’ darba biss permezz ta’ sistemi konnessi mad-dħul intern, JobsPlus u oħrajn. Il-proġetti li jmiss huma ppjanati sabiex il-klijenti, direttament jew kif irrappreżentati mill-professjonisti maħtura tagħhom, jirreġistraw u jikkondividu data għal servizz aħjar u aktar personalizzat. L-għan huwa li jpoġġi lill-klijenti fiċ-ċentru tas-servizzi, billi jissimplifikaw il-proċessi, joffru servizzi fejn wieħed jinqeda waħdu u fejn ikun possibbli jkun awtomatizzat l-għoti ta’ benefiċċji.

F’dawn l-aħħar snin id-dinja elettronika saret parti integrali fil-ħajja tan-nies. F’dan ir-rigward, il-ministeru jinsab fuq quddiem biex ikollu preżenza onlajn. Il-Gvern elettroniku huwa l-mod kif il-ministeru jipprovdi informazzjoni pubblika u servizzi onlajn liċ-ċittadin. L-għan huwa li jipprovdi liċ-ċittadin informazzjoni aġġornata u servizzi onlajn 24/7, li jippermettu mod aktar trasparenti u effettiv sabiex jitwasslu s-servizzi.

familja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.