Scroll to top
Dikjarazzjoni tal-Missjoni

Li jikkoordina t-tweġibiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u oqsma relatati fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE) u f’oħrajn internazzjonali; li jassisti fit-tfassil ta’ politiki f’materji relatati mal-Affarijiet Soċjali; u biex jikkoordina u jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi kofinanzjati mill-UE li jappartjenu għall-Ministeru.

Funzjonijiet Ewlenin

Il-kompetenza tad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm tkopri l-oqsma ta’ ħidma li ġejjin:

  1. Affarijiet tal-Unjoni Ewropea
  2. Affarijiet Internazzjonali
  3. Żvilupp ta’ Politika
  4. Implimentazzjoni tal-Programm​

Responsabbiltajiet Ewlenin

  1. Affarijiet tal-UE – Id-Direttorat għall-iżvilupp tal-politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Ministeru dwar kwistjonijiet u inizjattivi relatati mal-UE, kif ukoll fil-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni minn rappreżentanti tal-Ministeru f’fora tal-UE.Id-Direttorat huwa wkoll inkarigat bl-identifikazzjoni proattiva ta’ oqsma ta’ importanza strateġika ewlenija fl-Affarijiet Soċjali fejn l-istituzzjonijiet tal-UE huma involuti f’diskussjoni u formulazzjoni ta’ proposti u biex jsiru konsultazzjonijiet relatati magħhom, kemm fi ħdan il-Ministeru nnifsu kif ukoll ma’ partijiet interessati esterni. Barra minn hekk, id-Direttorat huwa responsabbli biex jiżgura li l-obbligi kollha li jkun daħlu għalihom il-Gvern bħala Stat Membru tal-UE jiġu rrispettati fil-limiti taż-żmien miftiehma. Dan jinvolvi wkoll il-monitoraġġ tal-konformità mad-Direttivi tal-UE u dispożizzjonijiet leġiżlattivi oħra li jappartjenu lill-Ministeru.
  2. Affarijiet Internazzjonali – Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm jipprovdi l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp ta’ attivitajiet bilaterali ma ‘ pajjiżi oħra u jfittex opportunitajiet għat-trawwim ta’ kollaborazzjoni internazzjonali akbar filwaqt li jiżgura l-konformità mal-ftehimiet u l-impenji bilaterali u multilaterali. Barra minn hekk, id-Direttorat jikkoordina t-tweġibiet tal-Ministeru għat-talbiet irċevuti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll minn Ministeri oħra, relatati ma’ oqsma ta’ attività li jappartjenu lill-Ministeru, u li joriġinaw minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-konformità tal-Ministeru tal-konvenzjonijiet internazzjonali u bilaterali.
  3. Żvilupp tal-Politika – Id-Direttorat jikkontribwixxi lejn it-titjib tal-iżvilupp u l-formulazzjoni tal-politika fi ħdan il-Ministeru, b’mod partikolari, billi jżomm ruħu aġġornat dwar il-politiki proposti u diskussi mill-UE li jista’ jkollhom effett dirett jew indirett fuq l-istrateġija jew l-operazzjonijiet tal-Ministeru, kif ukoll permezz tad-disseminazzjoni. Barra minn hekk, id-Direttorat huwa responsabbli biex jiżgura li l-politiki tal-Ministeru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali jkunu koerenti u konsistenti mal-politiki mal-Gvern kollu.
  4. Implimentazzjoni tal-Programm – Il-ħidma mwettqa mill-Unità tal-Implimentazzjoni tal-Programm fi ħdan l-unità tal-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm tinvolvi prinċipalment il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-diversi proġetti, inizjattivi u miżuri li jappartjenu lill-Ministeru, filwaqt li tikkoordina wkoll ma’ partijiet interessati oħra biex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tat-tali proġetti, inizjattivi u miżuri. Id-Direttorat jippromwovi wkoll il-parteċipazzjoni tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru fi programmi u inizjattivi ffinanzjati mill-UE filwaqt li jipprovdi wkoll gwida u appoġġ biex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta’ proposti ta’ proġetti għall-finanzjament tal-UE.

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
 (FEAD)

Il-programm tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn tnieda madwar l-Unjoni Ewropea (UE) f’Jannar 2015 u ħa post il-programm tad-Distribuzzjoni tal-Ikel tal-UE għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (MDP). L-għan tal-FEAD huwa li jkisser iċ-ċirku vizzjuż tal-faqar u l-privazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea (UE) billi jipprovdi assistenza mhux finanzjarja liċ-ċittadini vulnerabbli fl-Istati Membri. Ikklikkja l-links li ġejjin jew bl-Ingliż jew bil-lingwa Maltija għal aktar informazzjoni. Aktar informazzjoni.

familja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.