Ħarsa ġenerali

Familji fil-bżonn, b’mod partikolari dawk li jinkludu tfal u anzjani, se jkunu megħjuna permezz ta’ distribuzzjoni perjodika ta’ pakketti ta’ ikel. Se ssir enfasi fuq it-titjib tal-livelli tal-għajxien tan-nies li jgħixu f’dawn il-familji u biex jittaffa r-riskju tagħhom ta’ faqar.

Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn jew kif inhu magħruf aktar bħala l-FEAD, huwa ko-finanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropea li wasal fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2023 u qed jiġi propost proġett ġdid simili.

X’se tingħata

Il-familji se jkunu megħjuna permezz tat-tqassim ta’ kaxxi tal-ikel b’xejn u l-appoġġ soċjali meħtieġ.

Eliġibbiltà

Familji eliġibbli jiġu nfurmati kif meħtieġ ladarba l-proġett il-ġdid jiġi implimentat.

Kif tapplika

Proġett ġdid kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew + intitolat Food 4 You Support Project se jibda l-implimentazzjoni aktar tard din is-sena. Aktar informazzjoni f’dan ir-rigward se ssegwi dalwaqt u l-benefiċjarji intitolati jiġu infurmati kif xieraq.

 

Aġġornat: April 2024