L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) hija organizzazzjoni regolatorja mwaqqfa mill-Att Numru XV tal-2018, l-Awtorità għandha tilħaq il-mira tagħha kemm bħala sapport u regolament, fejn kemm min juża s-servizz kif ukoll il-provditur tas-servizz ikunu involuti attivament fil-proċess tal-iżvilupp u t-titjib tal-iStandard.

SCSA timmira li ttejjeb il-kwalità u l-iStandards fis-servizzi tal-protezzjoni soċjali sabiex tipproteġi u ttejjeb id-dinjità, is-sigurtà u tal-ħarsien soċjali ta’ kull min juża s-servizzi.

SCSA tikseb dan billi:

  • Tilliċenzja l-provdituri tas-servizz tal-ħarsien soċjali;
  • Twaqqaf Standards Soċjali Regolatorji fis-settur tal-protezzjoni soċjali;
  • Teżamina s-servizzi u tieħu azzjoni bie​x tipproteġi lill-persuni​ li jużaw is-servizzi.
FacebookTwitter