Scroll to top

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat (RPOD), MSPC, għandha l-għan li tkun konformi mal-prinċipji kif definiti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat tinkludi l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm, id-Direttorat tal-Operat, u d-Direttorat tar-Riċerka u Evalwazzjoni.

L-Għanijiet għall-ġbir tad-data

Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat tiġbor u tipproċessa informazzjoni sabiex tkun tista’ tonora l-obbligi tagħha skond il-leġiżlazzjoni preżenti. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skond kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, u tipi oħra ta’ leġiżlazzjoni jew dokumenti formali li jirregolaw l-istess Uffiċċju.

Riċevituri tad-data

Informazzjoni personali tista’ tiġi aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tad-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat. Id-data personali tingħata lil uffiċjali awtorizzati li jkollhom bżonnha biex jitwettaq xogħol speċifiku, skond il-liġijiet dwar il-Protezzjoni tad-Data. Id-data personali tista’ tingħata anke lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet Tiegħek

Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni d-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat, qed iżżomm u tipproċessa dwarek, u r-raġuni għala qed tinżamm, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed tagħmel id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat, biex tkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Ir-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxu proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali dwaru li tinżamm fi ħdan id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lid-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, inkluż in-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.

Id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat għandha l-għan li tipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli, u li tiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ tara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta taslilha t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, id-Divizjoni għandha tibgħat ir-raġuni ghala bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data jiġi infurmat jekk ikun hemm każ ta’ ksur ta’ kwalunkwe data personali tiegħu.

Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li jinstab mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra. Talbiet bħal dawn għandhom isiru bil-miktub lill-Kontrollur tad-Data fi ħdan id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat.

Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skond il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.

F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru iktar l-isfel.

Politika dwar iż-Żamma tad-Data

Id-data personali tiegħek tinġabar permezz tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra sottostanti l-operazzjonijiet tad-Diviżjoni

L-iskeda li ġejja tiddeskrivi r-rekwiżiti taż-żamma għad-diversi kategoriji ta’ dokumentazzjoni fi ħdan id-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat:

KategorijaPerjodu ta’ ŻammaĠustifikazzjoni
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali
Kopji ta’ dokumentazzjoni relatata mal-HR (bħal Folji ta’ Attendenza, Applikazzjonijiet għal: Telework, Flexitime, Leave tal-Maternità, Leave għall-Istudju u leave speċjali ieħor)Skond il-Proċeduri Korporattivi tal-HRJekk jogħġbok irreferi għall-Proċeduri Korporattivi HR
Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm
Kopji ta’ dokumentazzjoni relatata mal-HR (bħal Folji ta’ Attendenza, Applikazzjonijiet għal: Telework, Flexitime, Leave tal-Maternità, Leave għall-Istudju u leave speċjali ieħor)Skond il-Proċeduri Korporattivi tal-HRJekk jogħġbok irreferi għall-Proċeduri Korporattivi HR
Dokumentazzjoni relatata ma’ programmi u proġetti li jutiliżżaw Fondi tal-UE, inklużi listi ta’ benefiċjarji u dettalji tal-klijenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħlas.5 snin wara l-għeluq tal-proġettKopji meħtieġa għal skopijiet ta’ verifika
Kopji ta’ formoli ta’ rekwiżizzjoni għal provvistiSenaKopji approvati miżmuma għal skopijiet ta’ verifika
Direttorat tal-Operat
Ma tinżamm l-ebda data personali
Direttorat tar-Riċerka u Evalwazzjoni
Ma tinżamm l-ebda data personali

 

Id-Data li trid tinqered wara l-iskedi ta’ żmien kif mitlub, se tintrema b’mod effiċjenti biex jiġi żgurat li tali informazzjoni ma tibqax disponibbli fid-Diviżjoni tar-Riċerka, Politika u Operat.


L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
 għal RPOD, MSPC jista’ jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl [email protected] jew permezz tat-telefon 2590 3220.


Il-Kontrollur tad-Data
 għal RPOD, MSPC jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

Palazzo Ferreria
310, Triq ir-Repubblika
Il-Belt Valletta VLT 1110
Nru tat-Tel: 25903220

Imejl: [email protected]


Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
 jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

2 Livell, Airways House,
Triq il-Kbira,
Tas-Sliema, SLM 1549
Nru tat-Tel: 23287100

Imejl: [email protected]

familja
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.