Il-Kummissarju għat-Tfal huwa responsabbli għall-ħarsien u l-protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, billi jiżgura l-provista ta’ servizzi meħtieġa għat-tfal u l-parteċipazzjoni tat-tfal. L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal iservi bħala punt fokali li jseġwi s-sitwazzjoni soċjali u kulturali attwali fir-rigward tat-tfal. Il-Kummissarju għat-Tfal ġie stabbilit bis-saħħa tal-Att tal-Kummissarju għat-Tfal (Kap. 462.).