Type: Dipartimenti

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

​Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) jipprovdi għal żewġ skemi bażiċi, jiġifieri l-Iskema ta’ Kontribuzzjoni u l-Iskema Mhux Kontributorja. L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) jifforma l-bażi ta’ żewġ pilastri robusti li fuqhom jitħallsu l-benefiċċji. Huwa bbażat fuq ħlasijiet regolari li jkopru r-residenti għal ċerti benefiċċji fil-mard u l-maternità, l-irtirar, l-invalidità u r-romol, korrimenti u mard fuq ix-xogħol, qgħad u benefiċċji tal-familja.​