Posted on May 31, 2024 by [email protected] -
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) hija organizzazzjoni regolatorja mwaqqfa mill-Att Numru XV tal-2018, l-Awtorità għandha tilħaq il-mira tagħha kemm bħala sapport u regolament, fejn kemm min juża s-servizz kif ukoll il-provditur tas-servizz ikunu involuti attivament fil-proċess tal-iżvilupp u t-titjib tal-iStandard.
SCSA timmira li ttejjeb il-kwalità u l-iStandards fis-servizzi tal-protezzjoni soċjali sabiex tipproteġi u ttejjeb id-dinjità, is-sigurtà u tal-ħarsien soċjali ta’ kull min juża s-servizzi.
SCSA tikseb dan billi:
- Tilliċenzja l-provdituri tas-servizz tal-ħarsien soċjali;
- Twaqqaf Standards Soċjali Regolatorji fis-settur tal-protezzjoni soċjali;
- Teżamina s-servizzi u tieħu azzjoni biex tipproteġi lill-persuni li jużaw is-servizzi.
Posted on April 25, 2023 by -
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) permezz tal-Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa u LEAP, tipprovdi servizzi komprensivi ta’ prevenzjoni, appoġġ, u trattament kemm fil-komunità kif ukoll f’ambjenti residenzjali. Ħaddiema soċjali u professjonisti oħra fi ħdan oqsma ta’ servizzi ddedikati ta’ dawn l-aġenziji, jaħdmu ma’ gruppi mmirati varji inkluż tfal, familji u adulti fil-bżonn, persuni bi problemi ta’ dipendenza, u nies f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Il-Fondazzjoni hija rregolata minn Bord magħmul minn President u mhux inqas minn erba’ membri oħra maħtura mill-Prim Ministru minn fost persuni, li jistgħu jagħtu kontribuzzjoni valida permezz tal-esperjenza tagħhom fl-oqsma tal-ħarsien soċjali in ġenerali u b’mod partikolari f’riċerka dwar il-ħarsien soċjali.